Skip to main content
hero banner icon

L-immaniġġjar tad-dubbiena tal-frott ta' Queensland Tagħrif bil-Malti (Managing Queensland fruit fly, Maltese)

Niżżel L-immaniġġjar tad-dubbiena tal-frott ta' Queensland Tagħrif bil-Malti  (PDF - 518.1 KB)

Id-dubbiena tal-frott ta' Queensland tinstab f’Victoria u tattakka ħafna frott u ħxejjex tal-borma. Dan il-fuljett ta' tagħrif ser jgħinek tagħraf id-dubbiena tal-frott ta' Queensland fil-ġnien tiegħek u tipproteġi l-frott u l-ħaxix tal-borma li tkabbar mill-ħsara.

Kif tista' tagħraf id-dubbiena tal-frott ta' Queensland?

Id-dubbiena tal-frott ta' Queensland tgħaddi minn erba' stadji tal-ħajja. Id-dubbiena tista' tinbidel minn bajda għall-adulta fi żmien 30 jum fil-kundizzjonijiet xierqa tat-temp (eż. 26 ⁰C).

Bajda

Bajda: Id-dubbiena tal-frott ta' Queensland tbid bajd abjad, forma ta' banana ġewwa l-frott u l-ħaxix tal-borma ospitanti.Dubbiena mara tista' tbid sa 100 bajda kuljum. Il-bajd huma twal 1 mm u diffiċli tarahom.

Id-dudu

Id-dudu: Dudu żgħir kulur il-krema jfaqqas minn kull bajda. Id-dud jieklu l-frott u dan iħassru minn ġewwa. Id-dud jikber sa tul ta’ 9 mm. Hekk kif jilħaq il-kobor tiegħu, id-dudu joħroġ mill-frotta u jħaffer toqba fil-ħamrija.

Pupa

Pupa: Ladarba jkun fil-ħamrija, id-dudu jinbidel f'pupa iebsa, kannella u ovali. Id-dubbiena adulta tal-frott ta' Queensland tiżviluppa fil-fosdqa tal-pupa.

Adulta

Adulta: Id-dubbiena tal-frott ta' Queensland hija twila madwar 7 mm u ta' kulur ħamrani-kannella, b'marki distinti sofor fuq ġisimha.

Id-dubbiena tal-frott ta' Queensland tinstab fil-ġonna matul ir-rebbiegħa, is-sajf u l-ħarifa.

Ospiti populari u lokali tad-dubbiena tal-frott ta' Queensland

Id-dubbiena tal-frott ta' Queensland tbid bajd fi frott u ħaxix tal-borma differenti - dawn jissejħu 'ospiti'. Xi eżempji li jitkabbru u li huma komuni jidhru hawn taħt.

 tuffieħ, berquq, avokado, kapsikum, bżar aħmar, kumquat, brunġiel, tin, għeneb, lumi, ġir, loquat, nuċiprisk, oranġjo, frott tal-passjoni, ħawħ, lanġas, persimmon, għanbaqar, rummien, lanġas, quince, frawli, tadam

Lista sħiħa ta' ospiti tinsab fuq www.agriculture.vic.gov.au/qff

L-immaniġġjar tad-dubbiena tal-frott ta' Queensland fil-ġonna

1. L-ewwel iċċekkja għad-dubbiena tal-frott ta' Queensland

Nases: Ara jekk id-dubbiena tal-frott ta' Queensland hijiex fil-ġnien tiegħek billi ddendel nases tad-dubbiena tal-frott ta' Queensland. Dendel in-nases madwar 1.5 metri fil-għoli f'siġra fid-dell u li dejjem tħaddar. Ibda għamel dan fil-bidu tar-rebbiegħa u kompli sax-xitwa.

Hemm nases differenti li jattiraw u jaqbdu d-dubbiena tal-frott ta' Queensland. Dawn in-nases jistgħu jattiraw u jaqbdu wkoll insetti oħra li huma ta' ġid għall-ġnien tiegħek, għalhekk iċċekkja jekk qbadtx id-dubbiena tal-frott ta' Queensland qabel ma tuża kwalunkwe insetiċida fuq is-siġar jew il-pjanti tiegħek.

2. Metodi tal-kontroll

Jekk issib id-dubbiena tal-frott ta' QueenslandIf fil-ġnien tiegħek, ser tikseb l-aħjar riżultat jekk tuża numru ta' metodi tal-kontroll. Ibda uża l-metodi tal-kontroll minn tal-anqas 6 sa 8 ġimgħat qabel mal-frott ikun misjur u lest biex jinqata’ għax id-dubbiena tal-frott ta' Queensland tista' tbid il-bajd fi frott iebes aħdar.

L-esklużjoni hi l-aħjar: Uża xbiek tal-insetti, boroz jew kmiem biex tgħatti l-frott wara li jkun iddakkar biex iżżomm id-dubbiena tal-frott ta' Queensland milli jbid il-bajd fil-frott u l-ħaxix tal-borma. Tħallix ix-xbieki jmissu l-frott.

Lixkiet, nases u insettiċidi: In-nases u l-lixkiet tad-dubbiena tal-frott ta' Queensland jattiraw u jaqbdu dubbien tal-frott fil-ġnien tiegħek qabel ma jattakkaw il-frott. Fittex nases li joqtlu kemm id-dubbiena mara u dik raġel. X'aktarx in-nases biss ma jkunux biżżejjed biex jikkontrollaw id-dubbiena tal-frott.

Hemm ukoll insettiċidi li joqtlu d-dubbiena tal-frott ta' Queensland. L-insettiċidi jistgħu jkunu ta' ħsara jekk ma jintużawx kif suppost - aqra u segwi d-direzzjonijiet ta' fuq it-tikketta.

Dawn il-prodotti kollha jistgħu jinxtraw minn mixliet, ħwienet tal-prodotti tal-ġonna u bejjiegħa bl-imnut onlajn.

Uża xbiek tal-insetti, boroz jew kmiem biex tgħatti l-frott

Xbieki tal-insetti

3. Iċċekkja l-frott u l-ħaxix tiegħek tal-borma

Żomm għajnejk miftuħa għall-marki tat-tniggiż fuq il-qoxra u għad-dud fil-frott u l-ħaxix tal-borma.

Żomm għajnejk miftuħa għall-marki tat-tniggiż fuq il-qoxra

Marki ta' tniggiż

4. Kura essenzjali tal-ġnien (iġjene tajba)

Aqta’ u uża l-frott hekk kif ikun misjur. Neħħi l-frott u l-ħaxix tal-borma kollu li tħassar, waqa' fl-art u wkoll frott li ma tridx tiekol. Dan ser iżomm id-dubbiena tal-frott ta' Queensland milli tfaqqas fil-ġnien tiegħek..

Iżbor is-siġar tal-frott tiegħek biex tkun tista' tilħaqhom biex taqta’ l-frott u agħmel xibka jew sprej kontra l-insetti.

Qabel tarmi l-frott, trid toqtol kwalunkwe dud li jkun fih billi tiffriżah, tpoġġih fil-microwave, tgħallih jew ixxemmxu (tissiġilla l-frott f’borża tal-plastik u tħallih fix-xemx għal tal-anqas 14-il ġurnata). Wara li tagħmel dan, tista' tarmi l-frott fil-borża fil-landa taż-żibel tiegħek.

Tużax bħala kompost frott u ħaxix tal-borma infestat jew li tħassar mid-dubbiena tal-frott ta' Queensland.

Jekk ma tistax tieħu ħsieb is-siġar tiegħek tal-frott u tal-ħaxix tal-borma, neħħihom u minflokhom kabbar pjanti ornamentali li mhumiex ospitanti (eż wattles jew grevilleas nattivi).

Ixxeridx id-dubbiena tal-frott ta' Queensland

L-aħjar mod kif twaqqaf id-dubbiena tal-frott ta' Queensland milli tinxtred għall-postijiet ġodda hu li ma tivvjaġġax bi frott jew ħaxix tal-borma ospitant, speċjalment dawk imkabbra d-dar.

Għandu mnejn teħel multi jekk tinqabad tivvjaġġa bi prodott ospitanti f'ċerti żoni - għal dettalji żur www.interstatequarantine.org.au.

Għal aktar tagħrif żur www.agriculture.vic.gov.au/qff jew ċċempel liċ-Ċentru tas-Servizz tal-Klijent fuq 136 186.

Awtorizzat u ppubblikat mid-Dipartiment tal-Impjiegi, Preċinti u Reġjuni ta’ Victoria, 1 Spring Street, Melbourne, Marzu 2020

© Id-Dipartiment tal-Impjiegi, Preċinti u Reġjuni 2020 tal-Istat ta’ Victoria

Page last updated: 06 Jan 2025

We acknowledge the traditional Aboriginal Owners of Country throughout Victoria, their ongoing connection to this land and we pay our respects to their culture and their Elders past, present and future.